Furio Valcareggi: Mario Balotelli għandu jirtira mill-football

L-aġent Taljan Furio Valcareggi ssuġġerixxa li l-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli għandu jirtira mill-football minħabba li dan l-isport ma jgħoddx għalih.

Hu kien qed jgħid dan kollu proprju wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-player ma tħalliex jidħol għas-sessjoni ta’ taħriġ ta’ Brescia minħabba li d-diriġenti tal-club ma jridux jafu bih. Dan kollu seħħ wara numru ta’ drabi ma tfaċċax għat-taħriġ minħabba li kif qal hu kellu uġigħ fl-istonku. Il-president ta’ Brescia, Massimo Cellino, ukoll irrikonoxxa li għamel żball meta ffirma lil dan il-player li fl-aħħar snin ukoll kellu inkwiet meta kien ma’ Manchester City, Liverpool, Milan, Nice u Olympique Marseille. 

Valcareggi waħħal b’mod speċjali fl-aġent Mino Raiola li, skond hu, għamlu player imfissed u li fuq kollox dejjem waqqgħu għaċ-ċajt.

Share With: