“Għandna Prim Ministru ostaġġ … nisfida lill-Prim Ministru” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia f’intervent fil-Parlament dwar il-vot li jirrigwarda ir-rapport annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għas-snin 2017 – 2018, iddikjara li ‘għandna Prim Ministru ostaġġ.” Tenna li ftit xhur oħra hemm it-test tal-Moneyval, fejn se tittieħed deċiżjoni aħħari dwar jekk Malta għamlitx biżżejjed u din tista’ tfisser li pajjiżna jitpoġġa fuq il-lista s-sewda u qal li din għandha riperkussjonijiet fuq l-investiment.

“Il-Gvern qed f’morsa u ma jistax jieħu azzjoni għax qed jinżamm ostaġġ. F’Jannar il-pajjiż kien għaddej minn kriżi Kostituzzjonali. Il-Prim MInistru Robert Abela kien jafha din imma ma setax jaġixxi. Qalulu li għandu jirriżenja imma jibqa’ hemm. Bħal Konrad Mizzi jirriżenja imma jibqa’ hemm. Bħal Keith Schembri, jirriżenja imma jibqa’ jdur. Il-Prim Ministru hemm min jirrikattah mod u min jirrikattah mod ieħor.”

‘Nistieden lil Prim MInistru Robert Abela jiġi hawn u jgħidilna li hu jaħseb li Keith Schembri m’għandux ikun investigat. Jiġi hawn u jgħidilna li Nexia BT m’għandhomx jiġu investigati. Jiġi hawn u jgħid li Konrad Mizzi m’għandux ikun investigat. Jiġi hawn u jgħidilhom”.

Share With: