Gianluca Mancini jweġġa l-minkeb
Id-difensur ta’ Roma, Gianluca Mancini, weġġa’ minkbejh waqt is-sessjoni ta’ taħriġ li kellu mal-coach Paulo Fonseca. Il-player ta’ 24 sena ittieħed immedjatament fil-klinika tal-club u ġie ordnat sabiex jibqa’ mistrieħ għall-għaxart ijiem li ġejjin.
Mancini, li huwa difensur ċentrali, kien qed jilgħab il-famuża logħba ta’ wara s-sessjoni ta’ taħriġ u wara kuntrast mal-avversarju tiegħu, huwa waqa’ ħażin mal-art.
Roma jirritornaw għal-logħob fl-24 ta’ Ġunju li ġej meta jilagħbu kontra Sampdoria, bil-player mistenni jirkupra sew minn din l-injury sfortunata.
Id-difensur tal-Giallorossi lagħab 23 darba għalkemm naqas li jsib ix-xibka.