Gianluigi Donnarumma se jġedded ma’ AC Milan?

AC Milan qed jippruvaw jikkonvinċu lill-goalkeeper tagħhom Gianluigi Donnarumma biex iġedded il-kuntratt tiegħu magħhom u fl-istess ħin iżidulu s-salarju għal €6 miljuni fis-sena. 

Il-kuntratt tal-goalkeeper żagħżugħ ta’ Milan jiskadi, f’Ġunju 2021, u l-kap eżekuttiv tal-club, Ivan Gazidis, lest li jiftaħ il-kont tal-bank tiegħu biex jikkuntenta lil Ralf Rangnick li jinsab dejjem aktar viċin it-tmexxija teknika tal-club. 

Gazidis iltaqa’ mal-aġent tal-player, Mino Raiola, u jidher li bil-mod il-mod hemm fiduċja li jkun hemm qbil f’dan ir-rigward. Minkejja li l-kap eżekuttiv tar-Rossoneri ried jaqta’ xi ftit mis-salarji tal-players, huwa jista’ jagħmel eċċezzjoni għal Donnarumma. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u ilu ma’ AC Milan sa mis-sena 2015 fejn lagħab 167 partita magħhom.

Share With: