Giorgio Chiellini: Inħossni parti minn Juventus

Il-captain ta’ Juventus Giorgio Chiellini qal li jħossu parti kbira mill-istorja ta’ Juventus u hu kburi li kkontribwixxa għal daqstant suċċessi f’dawn l-aħħar snin.

Hu qal li dan hu mument stramb fil-karriera tiegħu minħabba li se jkunu qed jilagħbu din l-aħħar partiti tal-istaġun matul ix-xhur sħan tas-sajf għalkemm ammetta li bħalma għamel dejjem, hu mhux se jaqta’ qalbu u bħal dejjem se jagħti l-aqwa tiegħu sabiex jippruvaw jirbħu kemm jistgħu unuri.

Chiellini qal li ma jistax iħalli barra lil Inter mir-rebħ tal-kampjonat u wissa li Lazio se jkunu hemmhekk ukoll. 

Giorgio Chiellini lagħab 15-il staġun mal-Bianconeri fejn rebaħ tmien Scudetti, erba’ edizzjonijiet tal-Coppa Italia u erba’ Super Cups Taljani. 

Share With: