Giorgio Chiellini qed jirsisti biex ikun tajjeb għad-derby kontra Torino

Il-captain ta’ Juventus, Giorgio Chiellini, qed jaħdem qatigħ mal-fiżjoterapista tal-club biex ikun tajjeb għall-famuż derby Della Mole kontra Torino.

Id-difensur veteran ta’ 35 sena weġġa’ rkopptu fl-ewwel logħba li l-Bianconeri lagħbu kontra Milan wara l-waqfa sfurzata minħabba l-Covid-19.

Chiellini ma ġiex inkluż fil-logħba kontra Bologna minħabba din l-injury u bħalissa għaddej b’taħriġ personalizzat.

Il-logħba kontra Torino se tintlagħab fl-4 ta’ Lulju għalkemm jekk ma jkunx għadu fiżikament tajjeb jista’ jerġa’ jidħol fil-logħba mistennija kontra AC Milan.

Il-coach, Maurizio Sarri, għandu barra wkoll lil Alex Sandro u Sami Khedira filwaqt li Gonzalo Higuain qed jirkupra minn injury ħafifa.

Share With: