Giuseppe Marotta: Lautaro Martinez mhuwiex għall-bejgħ

Id-direttur sportiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta, kompla jtenni li l-attakkant internazzjonali Arġentin, Lautaro Martinez, mhuwiex għall-bejgħ u se jkun parti mill-iskwadra tal-coach Antonio Conte għall-istaġun li ġej. Minkejja kollox, Marotta ammetta li mhux se tkun faċli biex iġedded il-perjodu ta’ self ta’ Alexis Sanchez u Victor Moses li huma proprjetá ta’ Manchester United u Chelsea FC rispettivament.

L-ex direttur sportiv ta’ Juventus sostna li minkejja l-insistenza ta’ Barcelona, Lautaro għadu player ta’ Inter u hekk irid jibqa’.

Minkejja dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Blaugrana qed jinsistu dejjem aktar għall-player Sudamerikan ta’ 22 sena li ilu man-Nerazzurri sa mis-sena 2018 u skorja 18-il goal f’51 partita.

Share With: