Giuseppe Rizza għadu f’koma profonda wara emoraġija f’moħħu

L-ex player ta’ Livorno u Juventus Giuseppe Rizza jinsab f’koma wara li sofra emoraġija f’moħħu fl-etá ta’ 33 sena.

Fil-preżent Rizza kien qed jilgħab mat-team semi-professjonali ta’ Rinascita Netina wara li meta kien żgħir kien jagħmel parti mill-Juventus Academy sabiex imbagħad ingħaqad ma’ Livorno Calcio, Juve Stabia u Nocerina. 

Rizza sofra din l-emoraġija fil-5 ta’ Ġunju li għadda u jinsab rikoverat fl-isptar Cannizzaro ta’ Catania u għadu f’koma profonda.

Fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Facebook, Rizza rċieva messaġġi ta’ kuraġġ mill-ex kollegi tiegħu Claudio Marchisio, Sebastian Giovinco, Fabio Pisacane u Domenico Criscito.

Fiż-żmien meta kien mat-team taż-żgħażagħ ta’ Juventus, Rizza rebaħ il-Primavera Super Cup fl-2006.

Share With: