Google for Nonprofits issa f’pajjiżna

Bi tweġiba għar-rikjesti li saru minn NGOs internazzjonali biex ikollhom aċċess għall-għodod diġitali ħalli jkomplu b’ħidmiethom, u titqajjem kuxjenza, Google estendiet id-disponibbiltà ta’ Google for Nonprofits għal 67 pajjiż, Malta inkluża.

Bil-firxa tal-coronavirus, it-talbiet għal accounts ġodda li saru minn entitajiet li ma jaħdmux għall-qligħ biex ikollhom aċċess għal Google for Nonprofits żdiedu b’aktar minn elf waħda kull ġimgħa, hekk kif l-organizzazzjonijiet qed jiffokaw fuq remote working u jkattru aktar kuxjenza onlajn.

G Suite għal dawk l-entitajiet li ma jagħmlux qligħ

Organizzazzjonijiet eleġibbli jistgħu jattivaw G Suite għal entitajiet bla profitt mingħajr ebda spejjeż u jikkollaboraw onlajn ma’ apps bħal Gmail, Docs u Calendar.  Barra minn hekk, karatteristiċi avvanzati ta‘ Google Meet huma disponibbli għall-edizzjonijiet kollha ta’ G Suite sat-30 ta’ Settembru 2020.  Biex jgħin organizzazzjonijiet iqajmu kuxjenza onlajn, l-Programm ta‘ Rispons għall-Kriżi Ad Grants qed jestendi l-għotjiet sa massimu ta’ $10,000 f’valur ta‘ Search Ads ibbażati fuq il-kitba (text based), bl-ebda spiża sa Ottubru 2020.  Il-Programmi YouTube Nonprofit u Google Earth u Maps joffru ukoll lill-NGOs għodod ta‘ rakkontar ta’ stejjer (storytelling tools) biex dejjem isaħħu aktar l-kawża tagħhom.

Skontijiet fuq l-edizzjonijiet G Suite Business u Enterprise għall-NGOs

Ħafna NGOs qed jitgħallmu ukoll kif l-impjegati u l-programmi tagħhom joperaw onlajn biss, u b’hekk jiffaċċjaw sfidi dwar cloud storage, sigurtà u -kollaborazzjoni virtwali.  Biex l-entitajiet bla profitt jingħataw aċċess għall-karatteristiċi avvanzati G Suite, Google se jniedi globalment skontijiet bla profitt għall-G Suite Business ($4 kull utent fix-xahar, normalment offruti għal $12) u G Suite Enterprise ($8 kull utent fix-xahar, normalment offruti għal $25).  Bħal dejjem, il-G Suite għal entitajiet bla profitt se jkompli jkun offrut mingħajr ebda ħlas.

G Suite Business għal NGOs joffri 1 TB ta’ storage għal kull utent, aċċess għall-Google Vault għall-immaniġġjar tad-dejta, konferenzi bil-vidjow għal massimu ta’ 150 persuna, flimkien ma’ aktar sigurtà u għażliet amministrattivi.  Bil-G Suite Enterprise għal entitajiet bla profitt, l-NGOs għandhom il-karatteristiċi kollha tal-G Suite Business u G Suite għal entitajiet bla profitt, biż-żieda ta’ encryption fl-imejls, live streaming u konferenzi bil-vidjow sa massimu ta’ 250 persuna, kif ukoll Cloud Identity biex jimmaniġġjaw l-utenti u l-apps.

NGOs f’pajjiżna, li jkunu jixtiequ aktar tagħrif, jistgħu jaċċessaw il-lista sħiħa ta’ riżorsi COVID-19 fuq il-websajt https://www.google.com/nonprofits/resources/coronavirus/.  L-NGOs  jistgħu ukoll jabbonaw  fuq il-mezz ta’ komunikazzjoni YouTube ta’ Google for Nonprofits fuq www.youtube.com/channel/UCSmyV6P8_ir9EV4Z4tYA2QA) għal notifiki dwar live streams li jmiss u biex jitgħallmu aktar dwar prodotti ta’ Google.

Share With: