“Gvern Nazzjonalista kien indirizza kriżi billi ta 5 bozoz … x’differenza mil-lum” – Il-Ministru Silvio Schembri

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri qal li “kemm smajna li hemm bżonn lockdown totali. Kemm smajna li ġejja it-tieni mewġa u dan min akkuża lill-Prim Ministru b’omiċidju. Kif tistgħu takkużawna li qed inġibu l-ekonomija qabel is-saħħa hekk meta aħna l-aktar pajjiż li għamilna testijiet u l-aktar li impjegajna infermieri fl-aħħar snin. Flimkien se nkomplu jkollna suċċess fil-qasam ekonomiku.  Fl-ewwel kwart tas-sena fiż-żona Ewropa il-ġid naqas aħna kbira b’0.7 fil-mija.  Franza u l-Ġermanja jinsabu f’riċessjoni u aħna komplejna nikbru. Fiż-żona Ewropa l-impjiegi naqsu u f’Malta komplew jiżdiedu. Fi żmien gvern Nazzjonalista, kien indirizzaw il-kriżi billi taw ħames bozoz.”

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri saħaq li “aħna mhux inbigħa ix-xirja u naqilgħu 15 fil-mija minnha. Aħna inqassmu l-vawċers ta’ €100 għal kull persuna. Il-pustiera se naqilgħulhom saqajhom iqassmu l-ġid. Tal-Oppożizzjoni qed jirrabjaw għax qed jisimgħu bil-ġid li se nqassmu. Ċert li pajjiżna se jkompli bis-suċċess ekonomiku u se jkollna Malta aħjar”.

Share With: