Gzira Utd jerġgħu jaħtru lil Darren Abdilla bħala coach

Gzira United reġgħu ħatru lil Darren Abdilla bħala l-coach  tagħhom. Dan tħabbar waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret nhar l-Erbgħa.

B’hekk Abdilla, se jkun qed jieħu post Paul Zammit li l-kuntratt tiegħu ġie terminat bi ftehim reċiproku

Fl-2015/16, Abdilla mexxa lill-Maroons għall-promozzjoni fil-Kampjonat Premier wara nuqqas ta’ 34 sena u fis-sajf ta’ wara, huwa ffirma kuntratt ġdid bħala parti mill-istaff tekniku għalkemm huwa ma kienx għadu jokkupa r-rwol ta’ head coach. Madankollu, huwa kien reġa’ ġie appuntat bħala coach ftit xhur wara.

Taħt it-tmexxija tiegħu, wara li kellhom staġun tajjeb fil-Kampjonat Premier fl-istaġun 2016/17, huma temmew fit-tielet post fl-istaġun 2017/18 huma assiguraw post fil-UEFA Europa League. Huwa rriżenja fi Frar 2019.

Matul is-sajf li għadda, huwa ngħaqad ma’ Valletta iżda tneħħa mill-Beltin fi Frar għalkemm il-club mill-kapitali kien qed jaqsam l-ewwel post mar-rivali Floriana.

Share With: