Ħadd ma nstab pożittiv darbtejn għall-Covid19

L-awtoritajiet tas-saħħa ma sabu ebda persuna li rriżultat pożittiva għall-Covid19 aktar minn darba.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li rrimarka dan fil-Parlament għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.

Fearne kien mistoqsi wkoll mid-deputat Nazzjonalista Mario Galea jekk hemmx indikazzjoni li l-virus għamilx xi ‘mutation’ f’pajjiżna, jiġifieri ngħaqadx ma’ virus ieħor, u jekk iva sarx iktar jew inqas b’saħħtu.

Huwa wieġbu li s’issa minn barra jidher li l-bidliet fil-Covid19 kienu żgħar u mhux sinifikanti.

Share With: