Ħames każijiet ġodda ta’ Covid-19 … Il-każijiet attivi jitilgħu għal 36 każ

Skont l-aħħar aġġornament maħruġ mill-awtoritajiet tas-Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa kien hemm żieda fil-każijiet attivi.

Dan hekk kif minn 1,121 swab test li saru kien hemm ħames każijiet ġodda. Minħabba li ma kienx hemm pazjenti li rkupraw it-total ta’ każijiet attivi issa tela’ għal 36 każ.

Share With: