Houssem Aouar jixtieq jilgħab ma’ Juventus

Juventus jinsabu lesti li joffru self ta’ sentejn b’obligazzjoni li jakkwistaw is-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Olympique Lyon, Houssem Aouar. Huwa għandu 21 sena u jinsab ferm attirat li jmur jilgħab fl-Allianz Arena minħabba l-istorja ta’ suċċess ta’ diversi players Franċiżi fil-passat mal-Bianconeri fosthom Michel Platini, Zinedine Zidane, David Trezeguet u Didier Deschamps. 

Minkejja li hemm ukoll Manchester City u Paris St Germain li qed juru interess fis-servizzi tiegħu, Aouar irid lil Juventus b’ċertu ħerqa bid-direttur sportiv Fabio Paratici  lest ikellem lill-aġent tal-player. 

Fl-istess waqt Olympique Lyon qed jistmaw li dan il-player jiswa madwar €70 miljun għalkemm jista’ jkun li l-prezz tiegħu jitbaxxa minħabba li l-pandemija tal-coronavirus ħarbtet xi ftit l-affarijiet.

Aouar lagħab 97 darba ma’ Lyon u skorja 16-il goal.

Share With: