“Huma ftit mijiet il-barranin li telqu minn pajjiżna għax spiċċaw bla xogħol” – Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, meta mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco dwar kemm huma l-ħaddiema barranin li tilfu xogħolhom minħabba l-pandemija qal li “m’għandix iċ-ċifri preċiżi kemm telqu ħaddiem minn Malta mindu bdiet l-imxija tal-COVID-19. Kull min mhux Malti għandu bżonn permess għax-xogħol. Il-maġġoranza tal-barranin huma Ewropej. Infurmat li kien hemm ftit mijiet li sfaw bla xogħol waqt il-pandemija u li imbagħad ħarġu mill-pajjiż.”

Share With: