Iċċelebrati l-festi fil-każini

Ritratti: ALAN SALIBA

Minkejja li llum ma ċċelebrawx il-festa kif tradizzjonalment jagħmlu ta’ kull sena, fid-dawl taċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom minħabba l-imxija tal-Covid-19, is-Siġġiwin, il-Qriema Ġorġjani u l-Qrendin xorta waħda ħasbu biex jarmaw tal-okkażjoni u jfakkru l-festa li s-soltu jiċċelebraw f’dan iż-żmien. F’dawn il-lokalitajiet kien hemm atmosfera komuni fil-każini b’daqq ta’ marċi brijużi u diski waqt li kienu mżejna xi toroq u anke l-faċċati tal-istess każini. 

Skont kif imħabbar mill-Kurja kmieni din il-ġimgħa dan kien l-aħħar tmiem il-ġimgħa b’ċertu restrizzjonijiet hekk kif mill-Ħadd li ġej se jibdew jiġu organizzati il pellegrinaġġi.

Share With: