Il-Buskett nieqes mill-folol li solitament jikkaratterizzawh fil-festa tal-Imnarja

Il-festa tal-Imnarja, waħda mill-aktar dati importanti fil-kalendarju kulturali Malti, żvolġiet b’mod differenti mis-snin l-oħrajn. Dan hekk kif il-wirja agrarja, li kull sena tiżvolġi fil-Buskett din is-sena ma żvolġietx, bil-Buskett ikun nieqes mis-solitu folol ta’ nies li kull sena jmorru bi ħġarhom biex jiċċelebraw din il-festa tradizzjonali.

Il-wirja agrarja bdiet tinżamm fl-1854 u kienet imnedija mill-Gvernatur Brittaniku William Reid.

Jingħad li taħt il-Kavallieri, il-festa tal-Imnarja kienet timmarka l-unika ġurnata fis-sena fejn il-Maltin kienu jitħallew jikkaċjaw u jieklu l-fenek selvaġġ, li solitament kien jinżamm għall-passtamep tal-kaċċa tal-kavallieri.

Share With: