Is-servizz ta’ ferry mill-Bajja tal-Balluta se jibda jopera matul dan is-sajf

Fortina Investments illum ħabbret li servizz ġdid ta’ hop-on-hop-off ferry se jkun qed jibda jopera mill-Bajja tal-Balluta matul dan is-sajf.

Is-servizz se jkun qed jopera bejn il-moll ta’ Tas-Sliema, il-Bajja tal-Balluta, Buġibba u Kemmuna.

Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet it-Tribunal għall-Ambjent u r-Reviżjoni tal-Ippjanar irrifjuta li jissospendi l-permess dwar dan sakemm ma tingħatax deċiżjoni dwar appell li ġie ppreżentat.

Erba’ NGOs, il-Kunsill ta’ San Ġiljan u aktar minn 80resident qed jopponu l-pjani tas-servizz tal-ferry u appellaw mid-deċiżjoni li se tippermetti lill-operaturi tas-servizz li jibnu moll privat fil-Bajja ta’ San Ġiljan.

Il-proġett kien ġie approvat fit-2 ta’ Marzu li għadda.

Share With: