Il-fundatur tal-kumpanija li ħolqot Hello Kitty iċedi postu lin-neputi fl-età ta’ 92 sena

Il-fundatur tal-kumpanija Ġappuniża li ħolqot Hello Kitty ħabbar li se jkun qiegħed jirreżenja minn CEO fl-età ta’ 92 sena.

Shintaro Tsuji qal li se jkun qiegħed iċedi postu lin-neputi tiegħu Tomokuni Tsuji li għandu 31 sena. Din se tkun l-ewwel bidla fit-tmexxija tal-kumpanija fl-istorja tagħha li tmur lura għal sitt deċenji.

Hello Kitty huwa l-karattru animat li ġġenera biljuni ta’ dollari sa mill-bidu nett li deher fis-suq madwar 50 sena ilu. L-immaġini sempliċi tiegħu kompliet tinfirex fuq ir-reklamar u ma damx ma kompla jinfirex fuq ħwejjeġ u ġugarelli fost affarijiet oħra. Il-ħsieb kien li jolqot l-aktar liż-żgħar, iżda fl-aħħar snin Hello Kitty saret popolari wkoll fost l-adulti.

Tsuji se jkun qiegħed iħalli l-irwol tiegħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. 

Share With: