Il-Ġermanja qalet li se tieħu wħud mill-immigranti li daħlu f’Malta u fl-Italja

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Ġermanja qalet li trid isserraħ lil Malta u lill-Italja mill-piż tal-immigranti li ġew salvati. Għaldaqstant, il-Ministru Federali tal-Intern, Horst Seehofer ġie rrapportat jgħid li l-Ġermanja se tkun qiegħda taċċetta immigranti minn dawn il-każi. 

Filwaqt li ma kienet ingħatat ebda kelma li se tingħata l-għajnuna waqt li kienet għaddejja l-COVID-19, il-Ġermanja qalet li fl-imgħoddi diġà għenet lil pajjiżna u lill-Italja fil-kwistjoni. Il-Ministru Seehofer qal li issa li s-sitwazzjoni tal-COVID-19 tinsab taħt kontroll u l-miżuri bdew jiġu llaxkati, il-Ġermanja se tkun qiegħda tieħu minn dawn l-immigranti. 

Madankollu, Seehofer ma setax jiżvela kemm se jittieħdu minnhom peress li t-taħditiet għadhom għaddejjin. 

Il-Ġermanja kienet l-aħħar fost il-pajjiżi li qalu li se jilqgħu wħud mill-immigranti li daħlu f’pajjiżna fl-aħħar jiem. Nhar it-Tnejn, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Lussemburgu, Franza u l-Portugall kienu wkoll lesti li jieħdu xi wħud mill-immigranti wkoll.

Share With: