Il-Ġnus Magħquda titlob laqgħa biex jerġgħu jibdew diskussjonijiet dwar waqfien ta’ ġlied fil-Libja

Il-kelliem tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Stephane Dujarric qal li l-persuna mibgħuta mis-Segretarju Ġenerali fil-Libja, Stephanie Williams tinsab f’kuntatt mal-Gvern bi ftehim nazzjonali biex tiftiehem dwar data meta se tiltaqa’ mal-uffiċjali tal-Gvern. 

Hu spjega f’konferenza tal-aħbarijiet virtwali li l-intenzjoni ta’ din il-laqgħa hi li jiġu diskussi metodi dwar kif jistgħu jkomplu d-diskussjonijiet dwar il-waqfien tal-attakki fil-Libja. 

Il-kelliem qal li jridu jaraw progress fl-implimentazzjoni tal-ftehim li kien ġie ppreżentat liż-żewġ fazzjonijiet mill-United Nations Support Mission fil-Libja waqt it-taħditiet tal-5+5 fi Frar li għadda. Dan il-ftehim kien dwar il-waqfien tal-ġlied biex il-pajjiż ikun jista’ jimxi ‘l quddiem. 

Share With: