Il-Goal-Line Technology iċċaħħad lil Sheffield United

Hekk kif intlagħbet il-logħba bejn Aston Villa u Sheffield United li spiċċat fi draw ta’ 0-0, kien hemm episodju ferm kontroversjali li seħħ fl-ewwel taqsima. Fil-fatt il-goal-line technology ma ħadmitx kif suppost meta ġie mħassar goal ċar min-naħa tat-team minn Sheffield.

L-azzoni seħħet ftit qabel l-ewwel taqsima meta l-goalkeeper ta’ Aston Villa, Oeljan Hasklond Nyland, imblokka freekick tal-attakkant ta’ Sheffield United, Oliver Norwood, proprju wara l-linja fatali. Wara diversi ripetizzjonijiet li bdew jixxandru, deher ċar li l-goal ta’ Norwood ġie mħassar b’mod inġust.

Kien hemm diversi protesti mill-players ta’ Sheffiel iżda r-referee tal-partita Michael Oliver naqas milli jagħti l-goal.

Diversi kritiċi tal-football Ingliż qalu li r-referee seta’ uża’ s-sens komun għax kien jidher biċ-ċar li l-goal kellu jingħata.

Dan kollu ċaħħad lil Sheffield United minn rebħa li kienet tiswa mitqlu deheb hekk kif qed jissieltu biex jiksbu post fil-UEFA Europa League.

Share With: