“Il-Gvern għadu qed jisraqna … gvern Nazzjonalista kapaċi jagħmlilkom ħajjitkom ħafna aħjar” – Adrian Delia

Waqt intervista fuq Net TV il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN kien ilu jgħid li l-ekonomija ta’ pajjiżna ma setgħetx tibbaża mit-tkabbir tal-popolazzjoni u l-impurtazzjoni tal-barranin.

Adrian Delia qal li l-PN mhux ftit nifs biss irid jagħti, iżda billi jgħabbi lil kulħadd fuq il-bastiment biex jasal fid-destinazzjoni ta’ Malta aħjar.

Adrian Delia qal li l-Prim Ministru ma semma mkien lil dawk il-11,000 persuna li jinsabu qegħda. Delia qal li minn dawn hemm 4,000 li qed jirreġistraw għax-xogħol. 

Adrian Delia laqa’ u faħħar il-fatt li l-Partit Laburista aċċetta uħud mill-proposti tal-PN u l-korpi kostitwiti iżda qal li dan mhux biżżejjed. Qal li minkejja dan mhux biżżejjed. Fosthom semma l-proposta tal-fuels li l-PN stenna li dawn jonqsu b’30ċ “għax hekk il-prezz tas-swieq jiddetta”, u qal li bit-tnaqqis ta’ 7ċ, il-gvern għadu qed “jisraqn 23ċ.”

Rigward il-frontliners, Adrian Delia mill-ġdid stieden lill-gvern biex jagħti xi forma ta’ rikonoxximent lil dawn il-persuni li ħadmu kontinwament biex jgħinu s-sitwazzjoni ta’ pajjiżna u jħarsu l-poplu tagħna.

Delia temm li l-poplu Malti jista’ jkun mil-lum ħafna aħjar u għada aħjar u fil-futur gvern Nazzjonalista kapaċi jagħmel din il-ħajja ħafna aħjar.

Share With: