Il-Gvern Ingliż jagħti £1 biljun biex jgħin lit-tfal affettwati mill-COVID-19 jirkupraw fl-istudju

Il-Gvern Ingliż ħabbar fond ta’ £1 biljun biex jgħin lit-tfal jirkupraw dak li tilfu waqt li l-iskejjel kienu magħluqin minħabba l-COVID-19. 

L-aktar studenti żvantaġġati se jkollhom aċċess għal għalliema, permezz ta’ programm ta’ £350 miljun waqt is-sena akkademika li ġejja. 

Barra hekk, l-iskejjel primarji u sekondarji se jingħataw £650 miljun biex jintefqu fuq tagħlim personalizzat jew fi gruppi għal dawk l-istudenti li jiġu bżonn. 

Il-kapijiet tal-iskejjel laqgħu dawn il-fondi, iżda qalu li hemm bżonn li jingħataw aktar dettalji fir-rigward. 

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li dan il-fond se jgħin lill-kapijiet tal-iskejjel biex jipprovdu dak kollu li għandhom bżonn l-istudenti. 

Filwaqt li rringrazzja lill-għalliema u lil dawk kollha li jieħdu ħsieb lill-istudenti, Johnson qal li jinsab determinat biex jagħmel dak kollu possibbli biex it-tfal jirritornaw l-iskola minn Settembru. 

Share With: