Il-kampjonat Ġappuniż se jkompli wkoll

Sar magħruf li l-J League Ġappuniż se jkompli fl-4 ta’ Lulju li ġej wara li kollox kellu jieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Fil-veritá kienet intlaħqet intlagħbet ġurnata waħda ta’ logħob fit-23 ta’ Frar li għadda iżda minħabba dan il-virus qerriedi, il-kumplament tal-logħbiet ma setgħux ikomplu.

Sar magħruf ukoll li l-ogħla kampjonat Ġappuniż għandu jiġi fi tmiemu fid-19 ta’ Diċembru li ġej. Mill-banda l-oħra, id-diviżjonijiet l-oħra mistennija jibdew ġimgħat qabel.

Sadanittant il-federazzjoni tal-football fil-Ġappun iddeċidew li għall-bidu l-logħbiet għandhom jintlagħbu bil-bibien magħluqa għalkemm aktar ‘il quddiem se jevalwaw is-sitwazzjoni u jagħtu permess biex għallinqas idaħħlu numru ristrett ta’ spettaturi.

Il-kampjonat Ġappuniż tal-istaġun li għadda ntrebaħ minn Yokohama Marinos.

Share With: