Il-Knisja Parrokjali ta’ Raħal tingħata t-titlu ta’ Bażilika Minuri

Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid għoliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Meta titlu jingħata lil knisja, dan ifisser li jiżdied l-impenn spiritwali biex il-poplu jkollu aktar wens u għajnuna kif ukoll imħabba.

Forsi hemm min jgħid li huwa kliem fieragħ iżda żgur li m’huwhiex. Biżżejjed naħsbu f’dak li għaddejna minnu waqt il-pandemija tal-Covid-19 u kemm nies għaddew minn dwejjaq, u ħsiebijiet oħra. Il-Knisja għandha l-irwol li tgħin lil kulħadd u tfittex lil dak li għandu bżonn u ma jrid jisimgħu ħadd. Hija miftuħa għal kulħadd.

Dan huwa titlu li ngħata mill-Papa Franġisku direttament. Dan kollhu ha jsir nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju nhar il-festa fis-6:00 p.m b’pontifikal mill-arċisqof ta’ Malta fejn ser jkun qed jinqara id-digriet li il-Knisja ta’ Kristu Re tkun elevata għal Bażilika Minuri. Wara ser isegwi il-Pellegrinaġġ. 

Matul il-pellegrinaġġ is-Socjeta Filarmonika Gran Mastru Fra Antione De Paule Banda Kristu Re flimkien mal-Għaqda soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola se jkunu qegħdin jakkumpanjaw l-istatwa titulari.

Share With: