Il-Korea ta’ Fuq tibgħat it-truppi mal-fruntiera tal-Korea t’Isfel

Il-Korea ta’ Fuq illum qalet li se tkun qed tibgħat lit-truppi tagħha f’siti ta’ koperazzjoni mal-fruntiera tal-Korea t’Isfel, filwaqt li kienet se tieħu miżuri oħrajn biex ixxejjen diversi aspetti mill-ftehim milħuq fl-2018 bil-għan li tonqos it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Din il-mossa tħabbret jum wara li l-Korea ta’ fuq ġarrfet uffiċċju li jintuża għal skopijiet burokratiċi bejn iż-żewġ pajjiżi f’sinjal ta’ rabja li tagħmel pressjoni fuq Washington u Seoul.

It-tiġrif tal-binja kien l-aktar att provokattiv mill-Korea ta’ Fuq mindu nbdew it-taħditiet nukleari fl-2018. Il-binja kienet abbandunata u l-Korea ta’ Fuq kemm-il darba kienet qalet li l-intenzjoni tagħha kienet li ġġarraf il-binja.

Share With: