Il-Kunsill tal-FIGC jannulla kważi b’mod unanimu l-proposta tal-Lega tas-Serie A għat-tkomplija tal-kampjonat

Kif kien mistenni, il-Kunsill tal-FIGC li ltaqa’ f’Ruma, fejn annulla kważi b’mod unanimu l-proposta tal-Lega tas-Serie A għat-tkomplija tal-kampjonat. B’hekk ġiet mizmuma l-ipoteżi tal-clubs li ma jiġix assenjat il-kampjonat u li ma jiġi relegat ħadd ladarba jerġa’ jitwaqqaf l-istaġun, almenu jekk il-verdetti ma jkunux ġew deċiżi diġá b’mod aritmetiku.

Il-Kunsill Federali b’hekk approva l-linji-gwida proposti mill-president Gabriele Gravina biex jiġu applikati f’każ ta’ tmiem definittiv tal-istaġun: f’kaz ta’ bzonn, tiġi meħuda in konsiderazzjoni l-klassifika kif qiegħda bħalissa, li għandha sservi wkoll biex tistabilixxi dawk it-timijiet li jkunu se jilagħbu fl-Ewropa u dawk li jiġu relegati għas-Serie B.

Playoffs eventwali setgħu jintlagħbu f’każ ta’ waqfa wara biss ġurnata ta’ logħob jew saħansitra qabel it-tkomplija tal-kampjonat. Bit-twaqqif eventwali li ġie deċiż wara żewġ ġranet milgħuba, ikun hemm bżonn li wieħed jirrikorri għall-użu tal-algoritmu mingħajr ma jiġi assenjat il-kampjonat. Min-naħa l-oħra, rigward football tan-nisa, dan twaqqaf b’mod definittiv.

Il-proprosta tal-Lega kellha ftit tamiet li tgħaddi minħabba l-fatt li l-FIGC kellha l-komponenti kollha tagħha skjerati man-naħa tagħha (Lega Serie B, Lega Pro, Dilettanti, referees, coaches u AIC) bi 18-il vot favur u tlieta biss kontra (Dal Pino, Marotta u Lotito għal-Lega Serie A).

Share With: