Il-Kunsill tal-UE jaqbel dwar kif għandhom jitneħħew ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar għal residenti minn pajjiżi terzi

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea llum adotta rakkomandazzjoni dwar it-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet temporanji għal ivvjaġġar mhux essenzjali fl-Unjoni Ewropea. 

Ir-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar għandhom jitneħħew għal pajjiżi li huma fil-lista rakkomandata, li għandha tiġi evalwata u aġġornata kull ġimgħatejn.

Ibbażat fuq il-kriterji u l-kundizzjonijiet li hemm fir-rakkomandazzjonijiet, l-istati membri għandhom mill-1 ta’ Lulju jibdew ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-fruntieri esterni għal residenti minn dawn il-pajjiżi terzi:

• Alġerija

• Awstralja

• Kanada

• Georgia

• Ġappun

• Montenegro

• Marokk

• New Zealand

• Rwanda

• Serbja

• Korea t’Isfel

• Tajlandja

• Tuniżija

• Urugwaj

• Ċina, suġġett għal konferma reċiproka

Ir-residenti ta’ Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan għandhom jiġu kkonsidrati bħala residenti tal-Unjoni Ewropea għal din ir-rakkomandazzjoni. 

Share With: