Il-mexxejja Ewropej jonqsu milli jiftehmu dwar il-pakkett ta’ rkupru

Minn MELVIN FARRUGIA

It-taħditiet dwar il-pjan ta’ rkupru ta’ €1.85 triljun fallew ilbieraħ hekk kif erba’ pajjiżi ma qablux li jiddejnu biex isalvaw lil dawk il-pajjiżi li ġew milquta l-aktar mill-COVID-19. 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen ipproponiet baġit fit-tul, iżda dan ma ġiex approvat mill-Olanda, mid-Danimarka, mill-Awstrija u mill-Iżvezja. Barra hekk, kien hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-mod kif għandhom jitqassmu l-fondi. 

Dawn l-erba’ pajjiżi huma kontra li jagħmlu wisq dejn biex jappoġġaw lil pajjiżi oħra li ntlaqtu bl-agħar mod u jemmnu li l-flus għandhom jitqassmu f’forom ta’ self minflok f’fondi. 

Wara erba’ sigħat ta’ summit remot li kien intenzjonat biex iwitti t-triq għal kompromess fis-sajf, kien hemm qbil dwar il-bżonn li jkun hemm rispons malajr, għalkemm id-diverġenzi komplew bejn il-mexxejja Ewropej. 

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Charles Michel qal li hemm bżonn li tittieħed deċiżjoni u għalhekk sejjaħ summit f’nofs Lulju fejn il-mexxejja jridu jkunu preżenti. 

Share With: