Il-PM Abela dwar il-każ DCG: “Għandu jiġi investigat kull min għandu konnessjoni ma’ dan il-każ”

Il-Prim Ministru għamel referenza għall-allegazzjonijiet li saru llum minn rapporti mill-midja internazzjonali li jindikaw li Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għamel qligħ ta’ flus mill-kumpanija 17 Black, fi ftit jiem wara li l-Enemalta xtrat windfarm fil-Montenegro.

Abela tenna li l-awtoritajiet responsabbli għandhom jiżguraw li ssir ġustizzja sħiħa billi jiġi investigat kull min għandu konnessjoni ma’ dan il-każ. Huwa saħaq li l-Pulizija għandha disponibbli r-riżorsi meħtieġa biex tkun tista’ tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa, u jekk ikun meħtieġ tingħata aktar riżorsi.

“Jekk l-investigazzjoni twassal għal responsabbiltà kriminali min-naħa ta’ xi ħadd ikun mistenni li tinbeda prosekuzzjoni quddiem il-Qrati tagħna,” huwa temm jgħid.

Share With: