Il-POU tilqa’ d-deċiżjoni li Angelo Gafà jinħatar Kummissarju tal-Pulizija

Il-Police Officers’ Union tilqa’ d-deċiżjoni tal-Kabinett li fil-ġranet li għaddew innonimaw b’mod unanimu lil Angelo Gafà għal ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija.

F’post fuq il-midja soċjali, il-POU qalet li fl-aħħar snin Gafà okkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv fil-Korp tal-Pulizija u bħala Unjin kellha l-opportunità li tkellmu u tiddiskuti miegħu kwistjonijiet importanti għall-membri tagħha, b’mod partikolari dwar l-immodernizzar tal-Korp, fejn l-istess Gafà kien talab l-involviment tal-unjins fil-fażi konsultattiva ta’ dan il-proġett.

Bħalma ġara ma’ kull Kummissarju preċedenti, il-Police Officers’ Union se tkun lesta biex taħdem ma’ Gafà billi toffri proposti u meta tkun neċessarja kritika kostruttiva għall-benefiċċju tal-membri tagħha.

Filwaqt li awgurat mill-ġdid lil Gafà, il-POU rringrazzjat lill-applikanti kollha li offrew biex iservu lill-pajjiż f’din il-kariga.

Share With: