Il-Premier League Ingliż jirritorna b’kontroversja

Meta prorpju tkompla l-Premier League Ingliż wara waqfa ta’ 100 jum minħabba l-pandemija tal-Covid-19, kien iddominat minn kontroversja partikolari meta Sheffield United ġew imċaħħda minn goal leġittimu fil-logħba kontra Aston Villa … bil-konsegwenza li ġew imċaħħda wkoll minn rebħa. 

Sheffield United marru għand Aston Villa u spiċċaw fi draw ta’ 0-0 biex ma rnexxiel­homx jaqbżu lil Manchester United fil-ħames pożizjoni.

Fil-veritá, il-partita ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa iżda laħqet il-qofol tagħha fil-41 minuta meta mill-free-kick ta’ Oliver Norwood, il-goalkeeper tal-Villa, Oliver Norwood, daħal bil-ballun fix-xibka bil-players ta’ Sheffield jgħollu jdejhom għall-goal. Iżda r-referee, Michael Oliver, ħalla l-logħob għaddej minħabba li l-arloġġ teknoloġiku tiegħu naqas li jimmarkalu li l-ballun qabeż il-linja fatali.

Fil-partita l-oħra Manchester City għelbu lil Arsenal 3-0 b’goals minn Raheem Sterling (45), Kevin De Bruyne (51 pen) u Phil Foden (92). Arsenal kellhom lis-sositut David Luiz (49) imkeċċi li bla dubju jrid jinsa din il-partita minħabba li żewġ żbalji tiegħu wasslu għal goal u penalty.

Share With: