Illum iċ-ċkejkna Emily mistennija tagħmel operazzjoni oħra

Puttinu Cares qed jappellaw biex kulħadd joffri talba għal Emily li llum se terġa’ tagħmel operazzjoni oħra minħabba li kien hemm kumplikazzjonijiet oħra.

Ftit tal-ġimgħat ilu ċ-ċkejkna Emily, li għandha sena u erba’ xhur, għamlet operazzjoni twila ta’ madwar 10 sigħat biex ineħħulha tumur. Minkejja li tħabbar li l-operazzjoni kienet suċċess iktar milli ħasbu, fejn irnexxielhom ineħħu 95% mit-tumur u salvawlha l-kilwa, hija baqgħet l-isptar tirkupra u għad fadlilha triq twila.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat rajna diversi inizjattivi biex kulħadd jingħaqad flimkien biex jitlob għal din iċ-ċkejkna. Minkejja t-tbatija kbira li għaddejja minnha ommha, Vanessa Gatt, xtaqet tagħti rigal lil Puttinu f’għeluq sninha. Fil-fatt hija ġabret ‘il fuq minn €4000 li se jmorru bħala donazzjoni lil Puttinu li tant għenuha.

Share With: