Imfaħħar id-djalogu tal-Gvern Malti mal-Kummissjoni Venezja

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Didier Reynders laqa’ b’mod tajjeb id-djalogu kontinwu li qed ikun hemm bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Venezja. 

Fi Tweet, Reynders qal li jilqa’ dan id-djalodu kontinwu mal-Kummissjoni Venezja dwar ir-riformi fil-qasam tal-ġustizzja u l-emendi kostituzzjonali. Hu inkoraġġixxa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis biex ikompli b’dan ix-xogħol hekk importanti. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Zammit Lewis qal li jinsab kuntent li l-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja qed jirrikonoxxi u jfaħħar ix-xogħol li wettaq il-Gvern dwar riformi li mexxa hu bħala l-Ministru responsabbli minn dan is-settur. 

Zammit Lewis qal li dan hu ċertifikat ieħor għall-Gvern Malti. Intant, f’intervista ma’ inewsmalta, il-Ministru qal li dawn l-abbozzi tal-liġijiet mistennija jitressqu fil-Parlament matul din il-ġimgħa. 

Share With: