In-numru ta’ każi attivi jkomplu jonqsu għal 26

In-numru ta’ każi attivi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 niżel għal 26 każ wara li fl-aħħar 24 siegħa rkupraw tliet persuni, filwaqt li ma nstab l-ebda każ ġdid ta’ infezzjonijiet bil-coronavirus.

Ilbieraħ b’kollox saru 870 swab test, biex it-total kumplessiv ta’ swab tests issa tela’ għal 93,387.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal li mill-każi attivi, hemm seba’ pazjenti li qed jirċievu kura fi sptarijiet. Il-Ministeru indika li hemm pazjent jirċievi kura fl-Isptar Mater, pazjent ieħor fl-Isptar Karin Grech, żewġ pazjenti fl-Isptar St Thomas, u filwaqt li fl-Isptar Boffa hemm tliet pazjenti.

Share With: