Infermiera Russa tikkjarifika dwar ritratt tagħha b’ilbies protettiv trasparenti

Nadia Zhukova, infermiera Russa ta’ 23 sena, f’ritratt li nxtered fuq l-internet ġiet tidher bl-ilbies protettiv trasparenti. Dan ir-ritratt ġie meħud meta Nadia bdiet tagħti l-mediċina ġewwa l-ward tal-irġiel u qajjem diskussjoni sħiħa. 

Nadia saħqet li kienet qiegħda tħoss sħana insopportabbli minħabba l-ilbies protettiv li libsitu bil-għan li ma tiġix ikkontaminata. Hija rċeviet bosta lmenti u kritika mill-pubbliku iżda, mhux biss talli ma ttiħdux atti dixxiplinarji kontriha iżda se tkun qiegħda taħdem bħala mudella ma’ ditta tal-isport Russa. Hija stqarret ukoll li se tkun qiegħda tkompli tistudja biex eventwalment tilħaq bħala tabiba. 

F’intervista, hija qalet li minkejja li għadda ż-żmien hija xorta waħda għadha tħossha imbarazzata titkellem dwar ir-ritratt. “Il-mod ta’ kif inxtered fuq l-internet u r-rata ta’ kemm ġie mxerred għadu misteru għalija.” 

Hija tirrakkonta kif, “għadni niftakar meta rritornajt lura mix-xift u ħafna nies bdew jibgħatuli l-link tal-istorja,” filwaqt li spjegat li r-ritratt ittieħed minn wieħed mill-pazjenti. 

Nadia żiedet tgħid li, “indunajt li dik tar-ritratt kont jiena u mal-ewwel għalaqt il-profili tiegħi kollha tal-midja soċjali… ma kontx preparata għal dik l-attenzjoni kollha.” 

Filwaqt li spjegat kif il-popolarità ta’ dak ir-ritratt għaliha kienet esperjenza kerha ħafna hija rringrazzjat lill-kollegi mediċi tagħha tas-sapport li wrew u li l-atti dixxiplinarji li ttieħdu għall-ewwel ġew xolti u sussegwentament ġiet appoġġjata bi sħiħ. 

Il-Gvernatur tar-reġjun ta’ Tula, Aleey Dyumin, eks gwardjan ta’ Vladimir Putin, wera s-sostenn tiegħu lejha ukoll. 

“X’għeni dak iż-żmien? Xogħli. Bqajt immur għax-xogħol u l-kollegi tiegħi u t-tim għenuni ħafna u inkoraġġewni. Bdew jgħiduli, ‘toqgħodx tinkwieta, int sabiħa.” 

Kif qalet sew Nadia, kien hemm ħafna li wrew sostenn, tant hu hekk li l-fundatur ta’ ditta tal-ħwejjeġ Anastasia Zadorina sejjaħ lil Nadia bħala, “waħda mis-simboli tal-era tal-Coronavirus.” 

Share With: