Inter favoriti għall-firma ta’ Sandro Tonali
Inter jinsabu favoriti li jiksbu l-firma tal-midfielder offensiv ta’ Brescia Sandro Tonali. Dan tal-aħħar qed jissemma’ ferm f’dawn l-aħħar ġimgħat u se jkun segwit anke matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Minkejja kollox, Inter xorta għadhom iridu joqogħdu attenti minn clubs oħra li qed jinteressaw ruħhom fih fosthom Juventus, Milan, Napoli u Barcelona.
L-aġent tal-player żagħżugħ diġá kellu ftehim verbali man-Neroazzurri li qed joħolmu li jkollhom player ta’ kalibru għall-istaġun li ġej.
Tonali għandu 20 sena u ilu player regolari ma’ Brescia sa mis-sena 2017 fejn lagħab 76 partita u skorja sitt goals.