Intoppi fit-trasferiment ta’ Lautaro Martinez ma’ Barcelona

Barcelona jistgħu jfallu milli jiffirmaw lil Lautaro Martinez matul is-sajf li ġej minħabba dewmien fin-negozjati.

L-attakkant ta’ Inter huwa t-tragward numru wieħed f’dak li għandu x’jaqsam trasferimenti iżda huwa żgur li se jkun qed jinbiegħ għall-prezz għoli. Il-player ta’ 22 sena għandu klawsola tar-release ta’ £99 miljun.

L-insistenza tan-Nerazzurri li titħallas lilhom din is-somma f’daqqa qed tagħmel il-ħajja diffiċli għall-Katalani. Dan filwaqt li Manchester United u Real Madrid qed isegwu mill-viċin il-progress ta’ Martinez.

Jidher li l-attakkant Arġentin jixtieq li jingħaqad ma’ Barcelona iżda huwa mifhum li huwa qed jitlob żieda fis-salarju preżenti li għandu ma’ Inter, xi ħaġa li qed tikkawża problema oħra għal Barcelona.

Il-players ta’ Barcelona qablu ma’ 70% tnaqqis fis-salarju tagħhom minħabba t-telf ta’ £134 miljun li mistennija jsofru l-Katalani minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

Martinez kien wieħed mill-aqwa players matul dan l-istaġun fejn skorja 16-il goal u pprovda erba’ assists f’31 partita fil-kompetizzjonijiet kollha, u fix-xhur li għaddew stqarr li jixtieq jilgħab flimkien mal-kompatrijott Arġentin Lionel Messi.

Share With: