Ira Losco tħabbar li se jkollha tifla f’Novembru

Il-kantanta Ira Losco għadha kif ħabbret li l-familja tagħhom se tikber hekk kif mistenni jkollha tifla f’Novembru li ġej. Hija qalet dan fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook filwaqt li qalet li qalbhom diġà tinsab mimlija mħabba għaliha.

Hija tinsab fir-raba’ xahar tat-tqala u b’hekk it-tifel tagħha Harry, li qalet li jinsab eċċitat ukoll, issa se jkollu iktar ma’ min jilgħab. Ira assigurat li xorta se tibqa’ kommessa għal dawk l-avvenimenti u xogħol ieħor li kien ibbukjat sakemm ovjament se jkun possibbli u sikur għaliha li tagħmel dan. Hija qalet li ovjament se żżomm is-saħħa tat-tifla, tagħha u tal-familja tagħha bħala prijorità filwaqt li żiedet tgħid li n-nisa jafu jaqdu ħafna rwoli fis-soċjetà.

Share With: