Is-Sindku ta’ San Ġwann ifaħħar l-intervent tal-LESA li taqbad persuni jiddisponu illegalment minn materjal

Trevor Fenech, is-Sindku ta’ San Ġwann, kellu kliem ta’ tifħir għal-LESA, li intervjenew u qabdu fil-fat lil persuni jiddisponu illegalment minn materjal f’sit li fih hemm iBins, fi Triq Stefanotis.

Filwaqt li kkundanna l-aġir irresponsabbli tal-persuni inkwistjoni, Fenech qal li l-uffiċjali tal-LESA mhux biss immultathom iżda anke ġiegħlithom inaddfu s-sit.

“Se nkomplu b-isforzi tagħna biex nagħmlu lil-lokalità ta’ San Ġwann aktar nadifa, filwaqt li nadottaw tolleranza zero fil-konfront ta’ dan l-aġir li jitqies bħala anti-soċjali,” temm jisħaq Fenech.

Share With: