Is-suq tat-traferimenti l-Ewropa se jingħalaq fil-5 ta’ Ottubru

Il-UEFA ħabbret li s-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf għandu jingħalaq mhux iktar tard mill-5 ta’ Ottubru.

Il-perjodu ta’ reġistrazzjoni għat-trasferimenti f’numru ta’ pajjiżi Ewropej, fosthom l-Ingilterra, għadu ma fetaħx minħabba l-ittardjar fit-tkomplija tal-istaġun minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Il-UEFA ssettjat id-data tal-6 ta’ Ottubru bħala dik finali għar-reġistrazzjoni ta’ players li jikkompetu fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League u tal-Europa League, u għalhekk irrakkomondat li s-suq tat-trasferimenti jintemm fil-jum ta’ qabel.

Stqarrija mill-UEFA qalet li: “Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA informa lill-assoċjazzjonijiet membri kollha biex jistiploaw data finali għas-suq tat-trasferimenti li ġej, b’din id-data tkun dik tal-5 ta’ Ottubru li ġej.” 

Nhar l-Erbgħa, il-UEFA qalet li l-intenzjoni tagħha kienet li l-istadji tal-gruppi taċ-Champions League u tal-Europa League għall-istaġun 2020-21  jibdew fil-ġimgħa tad-19 ta’ Ottubru.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA approva wkoll tibdiliet temporanji għar-regolamenti tagħha tal-Financial Fair Play u r-regolamentazzjonijiet marbuta mal-liċenzjar tal-clubs fid-dawl ta’ sfidi ekonomiċi li ġabet magħha l-pandemija.

L-assessjar finanzjarju tal-clubs għas-sena 2020 se jkun pospost u jiġi analizzat mal-finanzi tas-sena d-dieħla.

L-intenzjoni ta’ dawn il-bidliet hija li l-clubs jiġu provduti bi flessibbiltá ikbar biex jiġu milħuqa obbligazzjonijiet marbuta ma’ trasferimenti u salarji tal-players, waqt li tikkwantifika telf mhux mistenni tad-dħul u taġġusta l-kalkolazzjonijiet għal kull telf fid-dħul li jiġi rrapurtat matul din is-sena jew f’dik li ġejja.

Il-UEFA qed tittama li tinnewtralizza l-impatt tal-pandemija billi tieħu medja tat-telf kombinat tal-2020 u l-2021 u billi ddaħħal fis-seħħ “iktar aġġustamenti speċifiċi marbuta mal-Covid-19.”

Il-UEFA ssettjat ukoll linji-gwida minimi għall-football taż-żgħażagħ. Fl-Ingilterra, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja, il-gwida issa hija dik li tfal taħt il-11-il sena għandhom jevitaw li jolqtu l-ballun bir-ras.

Dan isegwi studji li wrew riskju ikbar ta’ mard newroloġiku fost footballers meta mqabbel mal-popolazzjoni ġenerali, għalkemm ma ġiet stabilita l-ebda rabta bejn dan ir-riskju  u li wieħed jolqot il-ballun bir-ras.

Bobby Barnes, id-Deputat Kap Eżekuttiv tal-Professional Footballers’ Union fl-Ingilterra, ġie appuntat bħala l-ewwel membru iswed tal-organu ta’ kontroll, etika u dixxiplina tal-UEFA (CEDB) li tiġġudika fuq materji ta’ razziżmu.

Neil Doncaster, il-Kap Eżekuttiv tal-Iscottish Professional Football League, kien ukoll ġie appuntat bħala membru tas-CEDB.

Il-UEFA approvat ukoll il-format ta’ kwalifikazzjoni  għat-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar. Se jkun hemm ħames gruppi ta’ sitt timijiet u ħames gruppi b’ħames timijiet, bl-10 rebbieħa tal-gruppi jikkwalifikaw għall-finali.

L-10 runners-up tal-gruppi jiksbu post fil-play-offs flimkien ma’ żewġ timijiet min-Nations League tal-istaġun 2020-21, biex isiru magħrufa l-aħħar tliet timijiet Ewropej li jkkwalifikaw għat-tournament.

Id-dati għal dawn il-partiti għadhom ma ġewx issettjati.

Times are tough for our industry

Revenue has reduced significantly and so have newspaper sales due to readers being in lockdown.

We need your support to continue to publish trusted local news – particularly during these times. Please help fund this important journalism with an advert-light digital subscription from only £1 per week or have your

Share With: