Is-Sur Angelo Gafà maħtur Kummissarju tal-Pulizija

Wara l-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, is-Sur Angelo Gafà nħatar uffiċjalment bħala Kummissarju tal-Pulizija. Din il-ħatra ssegwi sejħa pubblika u sussegwentament proċess ta’ għażla mmexxi mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Din hi l-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta li l-Kummissarju tal-Pulizija nħatar b’din is-sistema ġdida. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri nnota li din il-bidla kienet waħda pożittiva li kienet rikonoxxuta f’rapport pożittiv tal-Kummissjoni Venezja dwar il-governanza f’pajjiżna. Il-ministru sostna li din il-bidla hi waħda minn sensiela ta’ riformi li se jkunu qed iseħħu fil-Korp tal-Pulizija. “Din hi waħda mill-bidliet ewlenin li pajjiżna għamel f’dawn l-ewwel … Continue reading Is-Sur Angelo Gafà maħtur Kummissarju tal-Pulizija