Iż-Żebbuġin jarmaw għall-festa … Dilettanti jistaqsu dwar il-possibbilità li jkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi

Ritratti: ALAN SALIBA

Il-pandemija tal-Covid-19 affettwat il-mod ta’ kif ngħixu u fost dawk li ġew affettwati nsibu d-dilettanti tal-festi li sena wara l-oħra jiddedikaw ħin twil biex jarmaw bl-aħjar mod ir-raħal tagħhom.

Fi żmien il-pandemija dan is-sit saħansitra ppubblika ritratt ta’ vann iġorr il-qaddis patrun tar-raħal biex tal-anqas in-nies tar-raħal isellmulu mit-twieqi tad-djar tagħhom u xi oħrajn segwewh bil-karozza.

Intant minkejja dan kollu Ħaż-Żebbuġ fl-aħħar jiem beda jiżdied l-armar relatat mal-festa ta’ San Filep.

Aktar kmieni l-Prim Ministru ħabbar li fis-sigħat li ġejjin se tkun qed titneħħa l-emerġenza ta’ saħħa pubblika u dan ifisser li se jkunu qed jitneħħew il-ftit avviżi legali li għadhom fis-seħħ fosthom il-kongregazzjoni ta’ mhux aktar minn 75 persuna.

Din l-aħbar wasslet biex numru ta’ dilettanti qed jistaqsu dwar jekk l-awtoritajiet konċernati humiex se jkunu qed jagħtu l-approvazzjoni tagħhom biex it-tradizzjonijiet tal-festi tar-raħal ikomplu.

Share With: