Jason Azzopardi se jressaq “għexieren ta’ xhieda, uħud jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin”

Gejt mistoqsi ghala ma rtirajtx il-kliem li ghidt fl-Aggornament l-Erbgha filghodu fil-konfront ta' Joseph Muscat.Hemm…

Posted by Jason Azzopardi on Tuesday, June 30, 2020

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi, qal li se jkun qed jappella mir-ruling li aktar kmieni llum l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ta’ fid-dawl tal-ksur ta’ privilepp parlamentari fil-konfront tal-eks-Prim Ministru Joseph Muscat, minn Azzopardi nnifsu.

Huwa qal li meta allega li Joseph Muscat sejjaħ elezzjoni bikrija għax kien jaf li se tinqatel Daphne Caruana Galizia, qal hekk ghax “dawn il-fatti ħargu minn xhieda fil-Qorti l-Erbgha stess.” Huwa kompla jgħid li quddiem il-Kumitat tal-Privileġġi “beħsiebni nħarrek għexieren ta’ xhieda, uħud li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.”

Huwa baqa’ jsostni li dak li qal fil-Parlament bħal-lum ġimgħa “nemmen fiż illum.”

Share With: