Jefferson de Assis jirritorna ma’ Gzira United

L-iskorer prolifiku Brażiljan, Jefferson De Assis, se  jirritorna ma’ Gzira United. Dan ħabbru huwa stess fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook.

Il-player għad fadallu kuntratt ta’ erba’ snin mal-club. Dan il-player ta’ 25 sena qatta’ l-aħħar sitt xhur misluf lil Al-Fujairah SC tal-Emirati Arab Magħquda.

Qabel ingħaqad ma’ Gzira United, huwa lagħab mal-ġirien Sliema Wanderers.

Fil-bidu tal-istaġun li għadda huwa mpressjona bil-kbir meta skorja 10 goals fi 12-il logħba fil-Kampjonat Premier fejn ġibed l-għajn ta’ numru ta’ clubs barranin, inkluż Al-Fujairah, li għamlu minn kollox biex jakkwistawh, u fl-aħħar mill-aħħar irnexxielhom.

Share With: