Jekk jieqaf is-Serie A ma jkunx hemm champion jew relegazzjoni

Il-clubs tas-Serie A fl-Italja qed jitolbu li ma jkunx hemm rebbieħ tal-Iscudetto jew relegazzjonijiet jekk l-istaġun jerġa’ jitwaqqaf meta t-tnejn ma jkunux deċiżi matematikament.

L-20 club tal-ogħla diviżjoni ltaqgħu f’laqgħa li saret nhar il-Ġimgħa biex jiddiskutu l-pjani tal-FIGC għal algoritmu (proċess ta’ sett ta’ regolamenti li jseħħu bil- kalkolazzjoni) biex jiddetermina l- is­taġun 2019-20 jekk eventwalment ikun hemm waqfa oħra kaġun tal- coronavirus.

Madankollu, rapporti li ħarġu nhar il-Ġimgħa fil-għaxija jsostna li 16 minnhom ivvotaw favur li ma jkunx hemm rebbieħ tat-titlu jew jiġu dikjarati relegazzjonijiet, diment li dawn ma jkunux diġá ċerti matematikament.

L-erba’ timijiet l-oħra għażlu li jastjenu, iżda xorta għadu qed jipponta għal maġġoranza assoluta għas-16 li m’għamlux hekk.

Deċiżjoni finali fuq l-algoritmu hija mistennija li tittieħed fil-laqgħa tal-kunsill tal-FIGC li se ssir it-Tnejn.

Share With: