Jens Lehmann viċin li jsir coach ta’ Dundee?

Kulħadd jiftakar lill-ex goalkeeper internazzjonali Ġermaniż, Jens Lehmann, li normalment kien ikun ir-riserva ta’ Oliver Kahn fil-bidu tas-snin 2000. Dan l-eks goalkeeper li llum il-ġurnata għandu 50 sena għamel żmien jilgħab ma’ Arsenal bejn is-sena 2003 u 2011. 

Lehmann jista’ jmur jikkowċja fl-Iskozja meta qed jiġi segwit minn Dundee.

Bħalissa l-ex goalkeeper ta’ Schalke 04, Borussia Dortmund u AC Milan jinsab fi rwol ta’ assistant coach ma’ Augsburg u jista’ jibda avventura ġdida fl-Iskozja ladarba jkun hemm ftehim f’dan ir-rigward. Din tista’ tkun l-ewwel esperjenza fit-tmexxija ta’ team minħabba li dejjem okkupa l-irwol ta’ assistant coach fil-passat.

Share With: