Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Gudja

Raġel ndarab wara li lbieraħ għall-ħabta tal-3:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dawret il-Gudja fil-Gudja.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Honda Fit li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Fgura u mutur tat-tip Hsun HS li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Gudja.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma’ l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.ta’ 63 sena, residenti l-Gudja,

Share With: