Jindarab gravi wara li waqa’ minn għoli fil-Belt Valletta

Ħaddiem sofra xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:20 p.m kien involut f’inċident f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 18-il sena mill-Kosta tal-Avorju kien sofra ġrieħi wara li waqa’ minn għoli. Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.

Share With: